(PR 493/26)

Arresti waqt rondi kontra t-traffikar tad-droga fil-Marsa

Ilbieraħ, waqt rondi mmirati f’żoni magħrufa għall-bejgħ u l-użu tad-droga fil-Marsa, il-Pulizija arrestat tliet persuni li kienu fil-pussess ta’ 162 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika.

Fi Triq Diċembru 13, il-Pulizija nnutat mara li qajmet suspett u għaldaqstant avviċinawha. Waqt li kienu qegħdin ikelmuha hija dehret tipprova taħbi xi ħaġa taħt faxxa li kellha ma’ riġlejha. Kien hawn li saret tfittxija fuqha u fil-pussess tagħha nstabu 21 qartas b’sustanza suspettata droga sintetika. Il-mara, li għandha 25 sena u residenti l-Marsa ġiet arrestata.

Wara, il-Pulizija akkumpanjat lill-mara fir-residenza tagħha fi Triq il-Ġerrejja sabiex issir tfittxija. Malli waslu fuq il-post innutaw li kien hemm xi persuni u għalhekk il-Pulizija daħlu ġewwa u arrestaw żewġ persuni oħra – mara ta’ 32 sena minn Bormla u raġel min-Niger ta’ 34 sena residenti l-Qrendi.

Waqt tfittxija li saret f’baskett tar-raġel, instabu 141 qartas oħra b’sustanza suspettata droga sintetika kif ukoll żewġ mobiles. Wara saret tfittxija oħra fir-residenza tiegħu fil-Qrendi fejn instabu erba’ mobiles u tliet pilloli suspettati ecstasy.

Il-persuni kollha ttieħdu lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana sabiex ikomplu l-investigazzjonijiet.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.