Arrestati żewġt irġiel b’rabta
mas-serqiet minn banek tal-lottu

(PR 96/25)

Din l-Istqarrija Stampa qed tiġi kkomunikata bħala aġġornament għall-Istqarrija Stampa PR 91/25 maħruġa nhar it-18 ta’ Frar 2025 u għall-Istqarrija Stampa PR 92/25 maħruġa nhar it-19 ta’ Frar 2025.

Investigazzjonijiet intensivi b’rabta maż-żewġ serqiet li seħħew nhar it-Tlieta filgħaxija f’banek tal-lottu f’Birkirkara u Burmarrad, wasslu biex ġew arrestati żewġt irġiel li allegatament kienu involuti fiż-żewġ serqiet.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li wieħed mill-irġiel, li ġie identifikat bħala Serb, allegatament daħal fiż-żewġ banek tal-lottu armat b’sikkina u wettaq is-serqa, waqt li r-raġel l-ieħor, li ġie identifikat bħala Sirjan, kien qiegħed jistenna barra f’vann.

Wara li ġie identifikat il-vann li ntuża, kompliet it-tfittxija għaż-żewġ persuni fejn il-vettura nstabet ipparkjata barra residenza f’San Pawl il-Baħar, li wasslet għall-arrest tas-Sirjan f’San Pawl il-Baħar u għall-arrest tas-Serb minn residenza fil-Mosta.

Waqt li ż-żewġ persuni qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana għal aktar investigazzjonijiet, l-istħarriġ tal-Pulizija, kif ukoll l-inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.