Arrestati f’Għawdex b’rabta ma’ traffikar tad-droga

(PR 394/25)

Żewġt irġiel Libjani ġew arrestati wara investigazzjoni b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga f’Għawdex.
Fis-sigħat li għaddew, il-pulizija segwew liż-żewġ persuni – ta’ 36 sena u 35 sena – fejn allegatament ġew osservati jgħaddu xi pakketti lil individwi oħra.
Huma ġew arrestati f’residenza fi Triq il-Wied, Marsalforn, limiti taż-Żebbuġ, Għawdex. Minn tfittxija li saret f’din ir-residenza, instabu diversi pakketti mimlija sustanza bajda, suspettata droga kokaina, b’valur fis-suq ta’ ‘il fuq minn €5,000. Ġew elevati wkoll madwar €4,000 fi flus kontanti, flimkien ma’ diversi oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.
L-irġiel qegħdin jinżammu arrestati u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin. Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL. D qed tmexxi inkejsta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.