Arrestat Rumen b’rabta ma’ sensiela ta’ serq

(PR 40/25)

Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn diversi ħwienet li jbiegħu l-mowbajls wasslu biex ġie identifikat wieħed mill-allegati ħallellin li jifforma parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li s-serq seħħ fix-xhur tas-sajf tal-2023, bil-ħallellin jiżgassaw il-bieb ta’ barra tal-ħwienet u f’temp ta’ sekondi jbattlu l-ixkaffef mill-mowbajls u jaħarabu minn fuq il-post.

B’kollox, l-ammont misruq f’apparat elettroniku jilħaq il-€180,000.

L-investigazzjonijiet bla waqfien wasslu biex sar magħruf li dawk involuti x’aktarx huma Rumeni u minnufih inħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-konfront tagħhom. Fl-aħħar jiem, wieħed mill-ħallellin ġie identifikat u kien arrestat fir-Rumanija permezz tal-mandat u fl-aħħar sigħat ġie estradit lejn Malta.

Dan l-arrest jimmarka żvilupp sinifikanti fl-investigazzjoni, bil-Pulizija qed tkompli tfittex il-bqija tal-membri tal-grupp.

Ir-raġel , li għandu 27 sena, mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.