Arrestat f’Paceville b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

(PR 83/25)

Sorveljanza kontinwa mill-Pulizija fil-qalba tal-komunitajiet, fosthom fiż-żoni tad-divertiment, f’Paceville, wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 26 sena mill-Gambja wara li allegatament kien qiegħed ibiegħ id-droga.

Tard il-Ġimgħa filgħaxija, waqt li żewġ kuntistabbli kienu fuq ronda fi Triq Santu Wistin, lemħu raġel jitlajja quddiem stabbiliment. Hekk kif avviċinawh, huwa deher jarmi pakkett taħt vettura, irreżista l-arrest, b’konsegwenza li wieħed mill-pulizija sofra ġrieħi ħfief.

Fil-pakkett instabu qratas ta’ sustanza suspettata droga kokaina u kannabis, allegatament lesti biex jiġu ttraffikati.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu (1000hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Abigail Critien LL.D

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.