Arrestat b'rabta ma' sejba ta' droga

(PR 537/25 & PR 540/25)

Aġġornament: Wara li lbieraħ ġie arrestat raġel ta’ 39 sena fil-Qawra, fl-aħħar sigħat komplew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Minn aktar tfittxijiet li saru fir-residenza tas-suspettat, l-uffiċjali sabu madwar 150 pakkett droga suspettata kannabis allegatament għat-traffikar. Somma addizzjonali ta’ flus kontanti nsabet ukoll mill-fond.

 
Aktar Kmieni: Tissokta l-ħidma tal-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, bl-arrest ta’ raġel ta’ 39 sena mill-Etjopja.

Il-Pulizija wettqu tfittxija f’ħanut fi Triq il-Maskli, il-Qawra fejn allegatament kienet qed tkun ittraffikata d-droga.

Fit-tfittxija nstabu ftit inqas minn kilo u nofs sustanza suspettata kannabis. Il-valur fit-triq li kieku nbiegħet kien ilaħħaq madwar €15,000. Ġew elevati wkoll ftit iktar minn €64,500 fi flus kontanti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li ħatret inkjesta.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjien.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.