Arrestat b'rabta ma' importazzjoni ta' droga

(PR 483/25)

Raġel ta’ 44 sena mill-Gambja kien arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ madwar 10 kilos sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, b’valur fis-suq li jlaħħaq madwar il-€100,000.
Ir-raġel kien arrestat nhar il-Ħamis wara tfittxija intensiva għalih wara li kien ħalla l-ajruport ta’ Malta mingħajr ma ġabar il-bagalja. Huwa wasal Malta fit-30 ta’ Awwissu minn Lisbona, il-Portugall.
Fil-bagalja nstabu 40 pakkett bid-droga, b’total ta’ 10 kilos ħaxixa tal-kannabis.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D, li fetaħ inkjesta u minnufih bdew ukoll l-investigazzjonijiet tal-Pulizija li wasslu biex ġiet identifikata l-persuna.
L-investigazzjonijiet wasslu biex il-pulizija identifikat fejn kien jinsab u ġie arrestat f’Ħaż-Żabbar.
Huwa qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace LL.D.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.