(PR 134/26 )

Argument fiż-Żurrieq

Illum, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), seħħ argument fi blokka fi Triq il-Wied, iż-Żurrieq bejn żewġt irġiel ġirien ta’ 68 sena u 27 sena rispettivament.

Waqt l-argument ir-raġel ta’ 68 sena ġarrab xi ġrieħi allegatament b’arma li taqta u bil-ponta.

Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post u assista liż-żewġ persuni fejn ftit tal-ħin wara ttieħdu permezz t’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei. Aktar tard, ir-raġel ta’ 68 sena kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 27 sena ma ġarrabx ġrieħi.

Ir-raġel ta’ 27 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin filwaqt li kien infurmat il-Maġistrat Dr Franco Agius LL.D. li ħatar inkjesta dwar il-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.