Argument fis-Sannat, Għawdex

(PR 242/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija (2000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li hemm argument fi stabbiliment fi Triq Ta’ Ċenċ, is-Sannat, Għawdex.

Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu raġel ta’ 33 sena residenti n-Nadur, b’xi ġrieħi allegatament ikkawżati bi flixkun tal-ħġieġ. Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ambulanza hadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Fl-istess waqt il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni kienet iddaħħlet l-isptar mara ta’ 42 sena min-Nadur ukoll li weġġgħet fl-istess argument.

It-tnejn li huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Dwar dan il-każ, il-Pulizija qed tkellem persuna sabiex tgħinha fl-istħarriġ, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.