Argument fil-Marsa

(PR 534/25)

Kmieni s-Sibt, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu (0130hrs), seħħ argument biswit ħanut fi Triq Balbi, l-Marsa bejn żewġt irġiel mill-Eritrea ta’ 22 sena u 25 sena rispettivament.

Waqt l-argument allegatament intużat arma li taqta u bil-ponta b’konsegwenza li r-raġel ta’ 22 sena u raġel ieħor mill-Eritrea ta’ 32 sena li prova jwaqqaf l-argument ġarrbu xi ġrieħi.

Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post u assista liż-żewġ persuni fejn ftit tal-ħin wara ttieħdu permezz t’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei. Aktar tard, ir-raġel ta’ 22 sena kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 32 sena ġarrab ġrieħi ħfief.

Ir-raġel ta’ 25 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti illum, quddiem il-Maġistrat Dr Joseph Gatt LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.