(PR 159/26)

Argument bejn żewġ persuni f’San Ġiljan

Malti ta’ 37 sena residenti Pembroke kien arrestat kmieni dalgħodu b’rabta ma’ argument li seħħ ġewwa stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan.

Pulizija li kienu xogħol f’Paceville kienu nfurmati minn ħaddiem ta’ stabbiliment tad-divertiment li kien għadu kemm seħħ argument bejn żewġ persuni, għall-ħabta tas-siegħa (0100hrs).

Immedjatament l-uffiċjali daħlu u ġie identifikat l-allegat aggressur. Il-Pulizija intervjeniet u arrestat lir-raġel filwaqt li ttiħidlu strument żgħir li jaqta’ u bil-ponta, b’mod sigur, biex ma jweġġgħux persuni oħra.

Fl-istess ħin li kien qed isir l-arrest, il-persuna l-oħra involuta fl-argument, Sirjan ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar, ingħata l-assistenza minn uffiċjali oħra stazzjonati fiż-żona, li sejjħu għall-assistenza medika hekk kif instab li kellu ġrieħi f’għonqu.

Tim mediku ġie fuq il-post fejn ftit tal-ħin wara ħadu lir-raġel permezz t’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei. Aktar tard, huwa kien ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D. kien infurmat u ħatar inkjesta dwar il-każ, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadħom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.