(PR 245/26)

Appell dwar telefonati qarrieqa
Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex joqgħod attent minn scams li qegħdin isiru permezz ta’ telefonati qarrieqa minn numri ta’ telefowns ċellulari ‘lokali’ (spoofed).
Min qiegħed iċempel qed jintroduċi ruħu taparsi li huwa xi uffiċjal tal-pulizija, imbgħad jagħmel numru ta’ domandi. Wara jitlob dettalji personali, fosthom l-indirizz tal-email sabiex min qed jirċievi t-telefonata jagħmel appuntament ma’ uffiċjal tal-pulizija.
Il-Korp tal-Pulizija għalhekk qiegħed javża lill-pubbliku sabiex jinjora dawn it-telefonati u l-importanti ma jagħtix informazzjoni lil min qiegħed iċempel. Kull min għandu xi dubju jista’ jivverifika direttament il-leġittimità tat-telefonata billi jċempel fuq in-numru tal-Crime Stop, il-119.
Il-Korp tal-Pulizija qiegħed jitlob l-għajnuna tal-mezzi tax-xandir sabiex inwasslu l-appell tagħna biex ma jkunx hemm vittmi ta’ dawn l-iscams.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.