(PR 258/26 & PR 264/26)

Anzjana tweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku

Aġġornament: Sfortunatament, il-mara fl-aħħar sigħat tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei

Il-Maġistert Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat u ħatar inkjesta.

Aktar Kmieni:

Illum, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu (0830hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li anzjana ta’ 84 sena residenti l-Ħamrun intlaqtet minn vann Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.