Anzjan iweġġa’ wara waqgħa f’Għawdex

(PR 557/25)

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu (0900hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet f’għalqa fi Triq l-Għadira, Kerċem.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 73 sena residenti Kerċem stess, żelaq waqt li kien miexi f’għalqa bil-konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar disa’ filati f’għalqa oħra.

Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.