Agħmel Rapport Virtwali

Issa tista’ rapport mill-kumdità tad-dar jew tal-post tax-xogħol tiegħek bl-użu ta’ tagħmir li inti diġà familjari magħhom. Daqshekk stennija u skariċċ bla bżonn biex tmur l-Għassa – aħna qegħdin hawn biex ngħinuk matul il-proċess.

Kif Taħdem

Talba biex nikkuntatjawk

Imla l-formola onlajn sempliċi biex titlob li nikkuntattjawk. Agħżel il-metodu ta’ kuntatt preferut tiegħek, u agħżel data u ħin minn fost l-għażliet ta’ ħin disponibbli.

Ibbukja ġurnata u ħin biex nikkuntattjawk

Irċievi risposta mingħandna

Uffiċjal tal-pulizija mħarreġ se jikkuntattjak fil-ħin speċifikat bl-użu tal-metodu ta’ komunikazzjoni preferut tiegħek:

WhatsApp, Google Meet, Apple FaceTime, Microsoft Teams, jew telefonata regolari.

Interazzjoni Live

Matul it-telefonata, l-uffiċjal se jistaqsi mistoqsijiet biex jiżgura li tinġabar l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-rapport. Tista’ wkoll turi kwalunkwe ħsarat jew evidenza permezz tal-video call.

Ibgħat Informazzjoni Addizzjonali

Jekk ikun meħtieġ, se tintalab tibgħat informazzjoni addizzjonali bħal ritratti jew dokumenti permezz tal-imejl.

Kumpilazzjoni tar-Rapport

L-uffiċjal se jikkumpila rapport komprensiv bid-dettalji kollha li pprovdejt u jdaħħlu fis-Sistema Nazzjonali tal-Pulizija.

Int se tirċievi n-Numru tar-Rapport tal-Pulizija u kopja diġitali tar-rapport tiegħek.

Segwitu (jekk meħtieġ)

Għal ċerti każijiet li jeħtieġu aktar investigazzjoni, ir-rapport se jiġi riferut lid-distrett jew lit-taqsima rispettiva għal segwitu.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.