(PR 534/26)

B’referenza għal diversi rapporti li dehru fil-media dwar investigazzjonijiet tal-Pulizija fir rigward ta’ wħud mill-ġurati fil-ġuri ta’ Yorgen Fenech, għandu jiġi ċċarat li l-investigazzjoni hija marbuta mal-ġurament meħud mill-ġurati qabel il-bidu tal-ġuri.

L-investigazzjoni tal-Pulizija hija ffukata esklussivament fuq dawn id-dikjarazzjonijiet, speċifikament fuq kummenti pubbliċi li wħud mill-ġurati setgħu allegatament għamlu qabel beda l-ġuri, u mhux fuq xi teorija jew allegazzjoni oħra li setgħet ġiet irrappurtata fil-media.

F’dan l-istadju, il-Pulizija tappella għall-kawtela u l-prudenza fir-rappurtaġġ u sabiex jiġu evitati spekulazzjonijiet li jistgħu jippreġudikaw l-investigazzjoni li għaddejja.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.