(PR 303/26)

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ droga f’ Ħal Għaxaq
Ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa nieqes kwart ta’ waranofsinhar (1545hrs) waqt li l-pulizija kienu qegħdin fuq sorveljanza fi Triq id-Dejl, Ħal Għaxaq, innutaw żewġt irġiel li kienu fl-akwati tal-bandli li qajmu suspett.
Għaldaqstant huma twaqqfu mill-pulizija u minn tfittxija li saret fuqhom u fil-vettura li kienu qegħdin jagħmlu użu minnha, instabu 70 borża b’sustanza suspettata kannabis, 24 qartas b’sustanza suspettata kokaina u 16-il qartas b’sustanza suspettata eroina.
Iż-żewġt irġiel li ghandhom 34 sena residenti l-Ħamrun u 20 sena residenti Ħal Qormi ġew arrestati u mistennija jitressqu l-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Astrid May Grima LLD.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.