(PR 290/26)

Żewġ Serbi jitkeċċew minn Malta wara sentenzi ta’ ħabs fuq traffikar ta' droga u serq
Żewġt irġiel ta’ nazzjonalità Serba ġew imkeċċija mill-pajjiż wara li skontaw sentenzi separati ta’ priġunerija effettiva.

L-ewwel raġel skonta sentenza ta’ sentejn u sitt xhur ħabs wara li kien instab ħati ta’ traffikar tad-droga, u li kellu fil-pussess tiegħu dokumenti foloz. Huwa kien instab ħati wkoll ta’ diversi serqiet minn ħanut tal-merċa fil-Mellieħa. Ir-raġel li skonta sentenza ta’ priġunerija sal-aħħar tal-2024 baqa’ jinżamm f’detenzjoni sakemm ġiet deċiża applikazzjoni li għamel għall-ażil f’pajjiżna, liema applikazzjoni ġiet riġettata mill-awtoritajiet kompetenti. Fl-istess waqt ir-raġel ipprova jisfida d-deċiżjoni ta’ ritorn u tneħħija maħruġa mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni fil-Qorti, liema kawża wkoll ġiet irrifjutata mill-Qorti.

Ir-raġel l-ieħor ġie miżmum mill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni wara li skonta sentenza ta’ ħames snin priġunerija effettiva. Huwa kien instab ħati ta’ serqa armata minn ħanut tal-merċa fil-Mosta u serq minn supermarket f’San Pawl il-Baħar, minn vettura, minn sit ta’ kostruzzjoni u minn appartament fin-Naxxar. Huwa kien instab ħati wkoll li żamm persuna kontra r-rieda tagħha waqt waħda mis-serqiet.

Iż-żewġt irġiel inżammu f’ċentru ta’ detenzjoni taħt il-ħarsien tal-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni sakemm seta’ jsir ir-ritorn sfurzat tagħhom.

Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Korp tal-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni. Dawn il-persuni issa huma mċaħda milli jidħlu f’Malta u fiż-żona Schengen.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.