Żewġ pulizija jweġġgħu wara inċident f’Ħal Tarxien

(PR 71/25)

Żewġ pulizija sofrew ġrieħi gravi wara li matul il-lejl illi għadda kienu involuti f’inċident waqt li kienu qegħdin isegwu vettura li telqet mill-post b’veloċità eċċessiva wara li s-sewwieq induna bil-preżenza tal-pulizija.

Kienu għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ dalgħodu (0130hrs), xħin il-Pulizija intalbu jmorru jassistu fuq argument fiż-Żurrieq. Malli waslu fil-viċinanzi, innutaw persuna li kienet involuta fil-każ taħrab minn fuq il-post b’karozza BMW.

Għaldaqstant il-pulizija segwew din il-vettura u malli waslu fi Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien, il-vettura tal-Korp, Hyundai Tucson, kienet involuta f’ħabta ma’ vettura tat-tip Fiat 500, misjuqa minn mara ta’ 25 sena residenti Ħal Tarxien. Iż-żewġ pulizija ttieħdu għal kura l-Isptar Mater Dei u ġew iċċertifikati li qed isofru ġrieħi gravi, waqt li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

Kawża tal-impatt, intlaqtu sitt vetturi li kienu pparkkjati.

Numru ta’ persuni qegħdin jiġu mitkellma mill-Pulizija dwar il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.