(PR 640/25)

Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ investigazzjoni
ta’ vetturi misruqin fl-Ewropa

Żewġ persuni ġew arrestati wara investigazzjoni mill-aktar kumplessa mill-Pulizija Maltija fuq grupp ta’ persuni involuti f’ċirku ta’ kriminalità organizzata ta’ trasport ta’ vetturi misruqin u li għandhom valur għoli fis-suq.

Dawn il-vetturi kienu qed jiddaħħlu Malta b’dokumenti foloz minn pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea u wara li jinżammu xi jiem f’Malta, jiġu trasportati lejn l-Afrika ta’ Fuq u lejn il-Lvant Nofsani.

Iż-żewġ suspettati fl-importazzjoni ta’ dawn il-vetturi, li huma ta’ nazzjonalità Libjana, ġew arrestati l-Erbgħa filgħaxija ftit wara li waslu Malta minn Pozzallo. Huma kienu qegħdin isuqu Toyota Land Cruiser u RAV 4 rispettivament u allegatament kienu misruqa u kellhom dokumenti foloz u modifiki fin-numru tal-VIN.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li allegatament l-istess persuni, u persuni oħra li jiffurmaw parti minn dan il-grupp ta’ kriminalità organizzata, fix xhur ta’ qabel ittrasportaw lejn il-Libja vetturi oħrajn misruqin.

Fl-istess waqt, bl-assistenza tad-Dipartiment tad-Dwana, fil-ġimgħat li għaddew ġew ikkonfiskati numru ta’ vetturi oħra li ddaħħlu Malta qabel ġew trasportati lejn l-Afrika ta’ Fuq.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D. ġiet infurmata u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

Wieħed mill-irġiel arrestati mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu (1130hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Joseph Gatt LL. D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.