Vjolenza Domestika

Nieħdu l-każi tal-vjolenza domestika b’mod serju ħafna.

Aħna impenjati li nappoġġaw lil dawk affettwati mill-vjolenza domestika u li nipprovdu riżorsi biex niżguraw is-sigurtà u l-benesseri tagħhom. Ftakar, l-għajnuna hija disponibbli, u nħeġġu lil kull min jiffaċċja sfidi bħal dawn biex ifittxa malajr kemm jista’ jkun.

Jien vittma tal-vjolenza domestika?

Iva, jekk ir-relazzjoni mal-awtur tar-reat taqa’ taħt waħda jew iktar minn dawn il-kategoriji:

  • Miżżewġin jew eks-miżżewġin, sħab permezz ta’ unjoni ċivili jew koabitanti;
  • Persuni li jgħixu fl-istess dar jew li għexu fl-istess dar għal mill-inqas tliet snin qabel ma ġara l-każ;
  • Persuni li ż-żwieġ tagħhom ġie xolt jew dikjarat null;
  • Axxendenti jew dixxendenti;
  • Adulti oħra li jgħixu fl-istess dar;
  • Persuni li huma f’relazzjoni informali, li qed joħorġu jew li kienu joħorġu flimkien;
  • Persuni li kienu jew huma għarajjes bi preparazzjoni għaż-żwieġ jew għall-unjoni ċivili;
  • Persuni li jiġu minn xulxin b’mod bijoloġiku jew huma qraba sat-tielet grad ta’ qrubija;
  • Persuni li għandhom jew se jkollhom it-tfal flimkien
X’għandi nagħmel jekk jiena vittma ta’ vjolenza domestika?

Jekk ma tkunx emerġenza immedjata, tista’ tfittex l-għajnuna fi kwalunkwe għassa tal-pulizija, minn fejn inti tiġi akkumpanjat lejn wieħed mill-Hubs tal-Pulizija dwar il-Vjolenza Domestika u Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru (GBDVU) għal investigazzjoni;

Tista’ wkoll tirrapporta direttament f’wieħed mill-Hubs dedikati tal-Vjolenza Domestika, li joperaw 24/7. L-istaff professjonali ta’ dan il-Unit jagħmel ħiltu kollha sabiex jitratta lill-vittmi ta’ abbuż domestiku b’rispett, b’dinjità u b’empatija, b’kollaborazzjoni assoluta mal-istakeholders kollha involuti inkluż il-ħaddiema soċjali.

Hub tal-Vjolenza Domestika f'Santa Luċija
Hub tal-Vjolenza Domestika fl-Imtarfa
X’għandi nagħmel jekk jiena vittma ta’ vjolenza domestika?
Quality Label Għall-Servizz t'Eċċellenza

Is-Sezzjoni Kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika kiseb il-Quality Label.

Il-Quality Label hija marka ta’ kwalità li jista’ jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta’ servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz ta’ Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest ta’ dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja ta’ servizz ta’ eċċellenza u kontabilità fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-5 Kriterji ta’ Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabilità, Empatija, Assigurazjoni, Reazzjoni u Aspetti Tanġibbli), Direttiva 4-2 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda ta’ servizz ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

Iċ-Charter tas-Sezzjoni Kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika jista’ jitniżżel bil-verżjoni Ingliża minn hawn, u bil-verżjoni Maltija minn hawn.

Bil-kisba tal-Quality Label, is-Sezzjoni Kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Label.

Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista’ tiġi aċċessata minn hawn.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.