(PR 300/26)

Tlieta arrestati b’rabta mad-droga

Tliet nisa ġew arrestati b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga minn residenza fil-Qrendi.

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, ilbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija, permezz ta’ mandat mill-Qorti, wettqet rejd fir-residenza. Minn tfittxija li saret instabet madwar 100 gramma sustanza allegatament kokaina, b’valur fis-suq ta’ madwar €13,000.

Mill-post ġew elevati wkoll diversi oġġetti b’rabta mat-traffikar tad-droga, kif ukoll numru ta’ mobiles.

Il-persuni arrestati li għandhom 40 sena mill-Qrendi, 35 sena mill-Belt Valletta u 28 sena mill-Belt Valletta wkoll, ittieħdu fil-lock-up tal-Pulizija l-Floriana.

Il-mara ta’ 35 sena mistennija titressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D., akkużata bi traffikar tal-kokaina kif ukoll li kisret numru ta’ kundizzjonijiet tal-Qorti b’rabta ma’ ħelsien mill-arrest. L-investigazzjonijiet fil-konfront taż-żewġ persuni l-oħra għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.