(PR 289/26)

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’Ħal Qormi
Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs) il-Pulizija ġew infurmati b’allegat traffikar ta’ droga f’parkeġġ fil-limiti ta’ Triq l-Iljun Ħal Qormi.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn ġie nnutat persuna suspettuza ħiereġ minn vettura. Minn tfittxija li saret fuqu, Il-Pulizija sabet madwar mitt qartas b’sustanza suspettata droga sintetika, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.
Ir-raġel li għandu 26 sena, resident Ħal Qormi ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco LL.D. .D.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.