Tissokta l-ħidma tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga

(PR 658/24)

Azzjoni immedjata tal-Pulizija wara rapport anonimu ta’ vettura suspettuża ġewwa Triq is-Serkin, il-Marsa, wasslet biex nhar it-Tlieta filgħodu jiġi arrestat raġel ta’ 43 sena.
Mal-wasla tal-Pulizija fuq il-post indikat ġiet identifikata l-vettura, fejn saret tfittxija ġewwa l-istess vettura u fuq il-persuna tar-raġel li kien jinsab ġo fiha. Waqt dawn it-tfittxijiet il-Pulizija sabet ammont ta’ flus kontanti, flimkien ma’ 41 borża żgħar mimlijin b’sustanzi suspetatti kokaina u eroina.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.