Tifel bi ġrieħi serji wara inċident f’Buġibba

(PR 261/25)

Tifel ta’ 5 snin sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni illum, għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar (1315hrs), intlaqat minn vettura fi Triq iċ-Ċern.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa sofra xi ġrieħi f’rasu meta intlaqat b’mera ta’ Volkswagen Polo li kienet qed tiġi misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Imsida.

Tim mediku assista lit-tifel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL. D. kien infurmat u ħatar inkjesta dwar il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.