Tfajla tweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku

(PR 683/24)

Tfajla ta’ 17-il sena, residenti Ħal Qormi, ilbieraħ, għal xi l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar (1730hrs), ittieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tfajla ntlaqtet minn Jeep Grand Cherokee misjuq minn raġel ta’ 52 sena li joqgħod iż-Żejtun. Konsegwentement, il-Jeep laqat ukoll Honda Civic li kienet ipparkjata.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.