Biex ikunu eliġibbli għal-Liċenzja ta’ Gwardjan Privati skont ir-Regolamenti dwar Gwardjani Privati, l-individwi jridu jissodisfaw kriterji speċifiċi u jgħaddu minn proċess ta’ applikazzjoni strutturat kif spjegat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 389.01, “Regolamenti Dwar Gwardjani Privati”. L-għan huwa li jinżammu standards għoljin ta’ professjonaliżmu, sikurezza, u effettività fi ħdan is-settur tal-gwardjani privati, u b’hekk jiġi salvagwardjat il-benesseri tal-pubbliku u l-integrità tal-proprjetajiet li jipproteġu.
Skop
- Pussess ta’ Liċenzja Valida ta’ Gwardjan Privat: individwi huma meħtieġa li jkollhom liċenzja valida maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija biex joperaw legalment bħala gwardjani privati.
Applikazzjoni u Eliġibilità
- Rekwiżit tal-Età: L-applikanti jrid ikollhom mill-inqas tmintax-il sena biex jikkwalifikaw għal-liċenzja bħala gwardjan privat.
- Sottomissjoni tal-Applikazzjoni: Il-gwardjani privati prospettivi jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija, billi jipprovdu d-dokumenti neċessarji bħal identifikazzjoni, ċertifikati ta’ taħriġ, u referenzi minn impjegati preċedenti jekk applikabbli. Il-proċess tal-applikazzjoni jinkludi miżata, u mal-approvazzjoni, il-ħruġ tal-liċenzja hija valida għal sena.
- Miżata: Il-miżata tal-applikazzjoni għal-Liċenzja ta’ Gwardjan Privat huwa ta’ tlieta u għoxrin ewro u disgħa u għoxrin ċenteżmu (€23.29). Il-ħlas annwali għat-tiġdid huwa ta’ ħdax-il ewro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65). Id-detenturi tal-liċenzja jridu jagħtu prova tal-attendenza f’kors ta’ aġġornament ta’ 10 sigħat kull sena għat-tiġdid.
Rekwiżiti u Kundizzjonijiet
- Taħriġ u Ċertifikazzjoni: individwi li jridu l-liċenzja għandhom itemmu korsijiet ta’ taħriġ approvati, u jipprovdu ċ-ċertifikat tat-tlestija lill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan ir-rekwiżit ma jgħoddx għal dawk b’esperjenza ta’ servizz fil-Pulizija, il-Forzi Armati, jew fis-Servizzi tal-Ħabs. Għal irwoli speċjalizzati, bħal gwardjani privati f’postijiet ta’ divertiment jew gwardjani privati speċjalizzati, l-applikanti għandhom juru prova ta’ mill-inqas ħames snin ta’ servizz f’oqsma rilevanti jew bħala gwardjan privat, flimkien ma’ referenzi ta’ prestazzjoni sodisfaċenti.
- Tiġdid u Edukazzjoni Kontinwa: It-tiġdid tal-liċenzja huwa dipendenti fuq it-tlestija ta’ mill-inqas għaxar sigħat ta’ taħriġ kontinwu kull sena u li fih jiġi żgurat li l-gwardjani privati jibqgħu infurmati sew dwar dmirijiethom u kwalunkwe bidla fil-liġijiet jew ir-regolamenti rilevanti.
Uffiċċju tal-Liċenzji tal-Pulizija
Indirizz: Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Pjazza San Kalċidonju, il-Furjana, FRN 1530
Ħinijiet tal-Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7:30 AM – 2:15 PM*
(Magħluqin għal kwarta brejk min-12:00 PM sal-12:15 PM)Imejl: [email protected]
Telefon: 21224001
Akkademji Awtorizzati għall-Gwardjani Privati / Korsijiet għall-Gwardjani Privati Speċjali
Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jawtorizza akkademji speċifiċi biex jagħtu taħriġ lill-gwardjani privati u uffiċjali tal-komunità. Dawn l-akkademji jirċievu approvazzjoni annwali mill-Kummissarju tal-Pulizija, li tikkonferma li jkunu ssodisfaw l-istandards meħtieġa. Individwi li jsegwu karrieri f’dawn l-oqsma għandhom ilestu t-taħriġ tagħhom f’waħda mill-istituzzjonijiet akkreditati elenkati hawn taħt:
Definitions: PG = Private Guards, PGE = Private Guards For Places Of Entertainment, SPGD = Special Private Guard Driving, SPGND = Special Private Guard Non-Driving.
- 4am Training
PG/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://privateguard.4amtraining.com
- Adler Security Services Limited
PG Course
Email: [email protected]
Website: https://adlersecurity.net
- Bhandari Group Limited
PG Course
Email: [email protected]
Website: http://www.bhandaribros.com
- Aurelia Asset Protection Ltd
PG Course
Email: [email protected]
Website: https://jfgroup.com.mt/jf-academy/
- C.A.M.C Security Ltd
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.camcsecurity.com/the-academy
- CMC Training Centre
PG/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.cmctrainingcentre.com
- Crowd Safety Management Limited
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.crowdsafetymanagement.mt
- Don Security Service Limited
PG/PGE Courses
Email: [email protected]
Website: https://donsecurityservice.com/
- European Auxiliary Police Association
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.eapa-malta.eu
- Executive Security Services Ltd
PG/PGE/SPGD Courses
Email: [email protected]
Website: https://executivesecuritym.com/
- Fondazzjoni Ażad
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
- Fondazzjoni Reggie Miller
PG Course
Email: [email protected]
Website: https://www.gwu.org.mt
- FSS Ltd
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.sgi.edu.mt/
- Gold Guard Security Services Ltd
PG/PGE/SPGD-ND Courses
- Grange Security Malta Ltd
PG Course
Email: [email protected]
- JobsPlus
PG Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.jobsplus.gov.mt
- KDM Training Academy
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
- Kerber Securities Ltd
PG/PGE Courses
Email: [email protected]
Website: https://kerbersecurity.com.mt/academy/
- Khiron Security Ltd
PG/PGE Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.khironsecurity.com
- Malta Elite Services Limited
PG Course
Email: [email protected]
- PA Security Services
PG Course
Email: [email protected]
- ProForcel Security Malta Ltd
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Website: www.proforce1malta.com
Facebook: https://www.facebook.com/proforce1malta/
- Protection Academy
PG/PGE Courses
Email: [email protected]
Website: https://protection.academy
- Security Academy Ltd. Balzan
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://thesecurityacademymalta.com
- Security First Services Ltd
PG Course
Email: [email protected]
Website: https://securityfirstservicesltd.eu
- Security Services Malta Ltd
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.securityservicemalta.com
- Shield Consultants Ltd
PG/PGE/SPGD-ND Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.shield.com.mt
- Special Intervention Security
PG Course
Email: [email protected]
- St. Bernard’s First Aid and Safety Training Institute
PG Course
Email: [email protected]
Website: http://www.healthandsafety.com.mt
- Tactical Security Pro Limited Academy
PG Courses
Email: [email protected]
Website: https://www.tacticalsecurityproltd.com
- TCTC Limited
PG Course
Email: [email protected]
Website: https://www.tctcmalta.com/en/home.htm