(PR 614/25)

Serqa minn ħanut fil-Gżira

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija (2230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut tal-logħob fi Triq D’Argens, il-Gżira.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel b’wiċċhom mgħammad, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġ persuni.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.