Blue Lives hija pubblikazzjoni annwali tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, li toffri lill-qarrejja ħarsa lejn l-inizjattivi, il-kisbiet u l-isforzi kontinwi ta’ trasformazzjoni tal-Korp. Il-publikazzjoni tiġi ppublikata mal-anniversarju tal-Korp u kull edizzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tal-operazzjonijiet u l-impenn tagħha mal-komunità.
Blue Lives iservi bħala mezz ta’ komunikazzjoni, u jrawwem il-fiduċja bejn il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u l-komunita’ li jservi. Dan jirrifletti l-impenn tal-Korp lejn il-modernizzazzjoni, il-professjonaliżmu u s-sħubija komunitarja.
Għal kopja diġitali ta’ din il-pubblikazzjoni annwali, jekk jogħġbok ara hawn taħt. Kull edizzjoni tal-Blue Lives hija disponibbli f’format PDF għal aċċess konvenjenti.