(PR 378/26)

Raġel jitlef ħajtu


Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija (2000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa għalqa fi Triq San Ġakbu, Ħ’Attard.


Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li

raġel
ta’ 71 sena u residenti l-Mosta, kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel użu minn grinder.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

ll-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.