Raġel iweġġa’ gravi wara waqgħa

(PR 443/25)

Raġel ta’ 56 sena residenti s-Siġġiewi, weġġa’ wara li waqa’ waqt li kien qiegħed fuq sellum f’għalqa fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi stess.

Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu (0930hrs), sofra wkoll xi ġrieħi raġel ieħor ta’ 40 sena residenti ż-Żurrieq li kien qed jassisti.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, ir-raġel ta’ 56 sena kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 40 sena ġarrab ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.