Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

(PR 513/25)

Raġel ta’ 70 sena residenti San Ġiljan, għal xi s-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar (1415hrs), ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn mutur Lintex HT125T-28, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti r-Rabat, Għawdex.

L-irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-anzjan ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.