PR 543 26

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija (2200hrs) il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa, minħabba li kien hemm persuna b’xi ġrieħi.
Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post fejn irriżulta li raġel ta’ 41 sena mill-Bangladesh, residenti l-Marsa, kien intlaqat minn karozza, bix-xufier jaħrab bil-vettura minn fuq il-post. Waqt li r-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi, il-Pulizija minnufih bdiet tfittxija għall-imsemmija vettura.
Investigazzjonijiet intensivi wasslu sabiex ftit tal-ħin biss wara ġiet identifikata l-vettura, BMW, fejn din instabet ipparkjata f’Wied il-Għajn. Ftit wara ġie arrestat l-allegat xufier, raġel ta’ 41 sena residenti Ħaż-Żabbar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.