(PR 476/26)

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku
Aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart ta’ filgħodu (0845hrs) il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imdina, Birkirkara minħabba li kien hemm persuna li weġġa’ f’inċident tat-traffiku.
Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u rrizulta li l-vittma, raġel ta’ 24 sena residenti Ħal-Balzan kien intlaqat minn karozza Ford Fiesta, misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti Wied il-Għajn.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.