(PR 385/26)

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku
Raġel ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żabbar, għall-ħabta tas-sitta tal-bieraħ filgħaxija (1800hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Perit Dom Mintoff, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li waqt li kien qed isuq mutur Honda WW125, għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.