(PR 135/26)

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar (1730hrs), raġel ta’ 27 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Belt u Audi S5 misjuqa mir-raġel ta’ 27 sena. B’konsegwenza ta’ dan l-inċident, tliet vetturi oħra li kienu pparkjati sofrew xi ħsarat.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.