(PR 146/26)

Raġel iweġġa’ gravi f’Ħaż-Żabbar

Raġel ta’ 51 sena weġġa’ f’inċident li seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu (0830hrs), fi Sqaq San Vinċenz, Ħaż-Żabbar.

Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher li r-raġel qabeż għal fuq is-saqaf tar-residenza ta’ ħdejh, u ċeda bih l-art tal-bejt.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku issejjħu fuq il-post, u wara li l-vittma nħareġ, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.