Man suffers serious injuries in traffic accident

(PR 495/25)

Raġel ta’ 52 sena miż-Żurrieq, għal xi l-ħdax u nofs ta’ filgħaxija (2330hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku ġewwa parkeġġ fi Triq il-Mina ta’ Hompesch, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti l-Kalkara.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat
li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.