Raġel imut wara waqgħa f’San Ġwann

(PR 569/25)

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga l-mewt ta’ Indjan ta’ 28 sena, residenti San Ġwann, li nstab fit-triq quddiem blokka ta’ appartamenti fejn jgħix.

Kienu għall-ħabta ta’ nofsilejl neqsin kwart (2345hrs) xħin il-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Sant’Antnin, San Ġwann.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-vittma seta’ waqa’ minn għoli.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.