Raġel fil-pussess ta’ droga kokaina arrestat f’Għawdex

(PR 114/25)

Raġel ta’ 30 sena residenti ix-Xagħra, Għawdex, ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ 300 gramma sustanza allegatament kokaina, b’valur fis-suq li jaqbeż it-€30,000.

Ir-raġel kien arrestat ilbieraħ waqt li l-pulizija kienu qegħdin iwettqu spezzjonijiet fi Triq ix-Xatt, Għajnsielem, fit-tlieta ta’ waranofsinhar (1500hrs). Ir-raġel, li kien nieżel minn fuq vapur fil-Port tal-Imġarr, beda jaġixxi b’mod suspettuż xħin lemaħ lill-pulizija. Għaldaqstant avviċinawh u fi tfittxija li saret fuqu, f’pouch li kien marbut ma’ qaddu, il-pulizija sabu pakkett tal-plastik imdawwar b’tape kannella li kien fih sustanza bajda, suspettata droga kokaina.

Ir-raġel ġie arrestat minnufih, u ttieħed l-għassa għall-interrogazzjoni u wara ttieħed fil-lock-up tal-Pulizija, ir-Rabat, Għawdex.

ll-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

This afternoon, the man was arraigned under arrest in the Gozo Court before Magistrate Dr Simone Grech LL.D where he was charged with drug possession and trafficking. He pleaded not guilty to the charges, however he was remanded in preventive custody at the Corradino Correctional Facility.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.