(PR 166/26)

Raġel bi ġrieħi serji wara waqgħa
Illum, għall-ħabta l-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar (1630hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq il-Mina tax-Xatt, l-Isla.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 52 sena residenti l-Fgura waqa’ minn għoli.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serji.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin. Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D D, conducting inquiry.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.