Raġel bi ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

(PR 486/25)

Raġel ta’ 54 sena residenti l-Marsa ġarrab ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija (2100hrs), kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Perit Dom Mintoff, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq li kien qed isuq Honda Fit tilef il-kontroll u ħabat ġo arblu.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D. ġiet infurmata u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.