PR 576 26

Raġel iweġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku

Taljan ta’ 40 sena u jgħix San Pawl il-Baħar, kmieni dalgħodu weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Andrija, is-Swieqi.

Kienu għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu (0200hrs), meta ntalbet l-assistenza, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-Taljan tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki li kien qed isuq u nqaleb.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.