(PR 234 /26)

Raġel bi ġrieħi f'inċident fl-Imsida
Illum, għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin ta’ filgħodu (0920hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kuncizzjoni, Msida.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 35 sena u jgħix Swieqi, kien jinsab f’garaxx meta għal xi raġuni, seħħet splużżjoni u wara żviluppa nar fl-istess garaxx.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji. fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bl-inċident u ħatret inkjesta L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.