(PR 150/26)

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’Paceville

Sorveljanza f’Paceville b’rabta ma’ traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ Kolombjan ta’ 31 sena hekk kif instab fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga.

Waqt rondi fi Triq il-Wilġa, il-Pulizija nnutaw raġel isuq mutur u jaġixxi b’mod suspettuż.

Huwa twaqqaf, saret tfittxija u f’baskett moħbi taħt is-seat tal-mutur instabu 14-il qartas droga suspettata kokaina, 4 qratas suspettati MDMA, 7 pilloli suspettati ecstasy u qartas bi droga suspettata LSD.

Il-Kolombjan qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Giannella Camilleri Busuttil LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.