Raġel arrestat b’rabta ma’ tixrid ta’ materjal estremista

(PR 603/24)

Raġel ta’ 32 sena mill-Kosta tal-Ivorju ġie arrestat f’operazzjoni li seħħet għal xi l-ħamsa ta’ dalgħodu (0500hrs) fi Triq Giovanni Barbara, il-Ħamrun, b’rabta ma’ tixrid ta’ materjal estremista.

Arrest li sar wara ġimgħat ta’ sorveljanza u analiżi ta’ intelliġenza, b’ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija.

Fl-operazzjoni, il-Pulizija ċċirkondat żewġ propjetajiet biswit xulxin li minnhom, fost oħrajn, ġew elevati diversi oġġetti elettroniċi fosthom servers, marbuta ma’ tixrid ta’ materjal estremista. Ir-raġel arrestat ttieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar

investigazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.