Raġel arrestat b’rabta ma’ bejgħ ta’ oġġetti foloz u ħasil ta’ flus

(PR 646/24)

Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ bejgħ ta’ oġġetti foloz u llegali fuq l-internet, kif ukoll ħasil ta’ flus, waslu għall-arrest ta’ Malti ta’ 26 sena.

L-investigazzjonijiet bdew wara li l-Pulizija irċeviet informazzjoni anonima dwar kont tat-TikTok, fejn din persuna kienet qiegħda tirreklama l-bejgħ ta’ arloġġi tad-ditta foloz, fejn il-ħlasijiet isiru biss fi flus kontanti, allegatament biex jintużaw għal ħasil ta’ flus.

Din l-investigazzjoni żvelat ukoll li l-istess persuna kienet qiegħda tirreklama l-installazzjoni llegali ta’ beacon lights u sireni fuq vetturi privati. Għaldaqstant il-pulizija wettqet sorveljanza, bis-suspettat jiġi arrestat waqt li kien qiegħed isuq vettura mgħammra bil-beacon lights u sirena attivati, bl-istess vettura ma kinitx reġistrata mal-awtoritajiet u mingħajr liċenzja.

Minn tfittxija li saret fir-residenza tal-persuna, ġew elevati diversi arloġġi, basktijiet u ġojjellerija foloz, flimkien ma’ numru ta’ beacon lights u sireni. Fl-istess residenza nstabu bosta bottijiet tal-pepper-spray, allegatament biex jinbiegħu u flus kontanti. Ġew elevati wkoll ammont ta’ karti tal-kreditu bojod, sinonimi mal-frodi tal-karti tal-kreditu, billi jkunu kklownjati. Minn aktar investigazzjoni li saru rriżulta li s-suspettat kien qiegħed jirreklama bejgħ ta’ euros foloz, bil-pagamenti jsiru permezz tal-cryptocurrency.

L-investigazzjonijet kixfu wkoll allegat negozju fid-‘darkweb’ fir-rigward xiri ta’ sustanzi llegali, fosthom droga miċ-Ċina u sussegwentement dawn is-sustanzi allegatament kienu jintbgħatu biex jinbiegħu f’pajjiżi oħra.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.