Il-Prevenzjoni mill-Kriminalità tibda b ’għarfien u miżuri proattivi. Kemm jekk tkun id-dar, fit-triq, kif ukoll jekk tkun qed tgawdi ġurnata l-baħar, miżuri sempliċi iżda effettivi jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti r-riskju li tispiċċa vittma. Milli żżomm l-affarijiet tiegħek siguri sa toqgħod attent fl-ispazji pubbliċi, il-prevenzjoni hija l-ewwel pass.
Segwi l-pariri tagħna dwar kif tista’ tipproteġi lilek innifsek, il-propjetà tiegħek, u l-maħbubin tiegħek. Flimkien, nistgħu noħolqu komunitajiet aktar sikuri u ambjent aktar sigur għal kulħadd.
Iċċekkja s-sezzjonijiet ta’ hawn taħt biex tkun taf kif tista’ tkun pass ’il quddiem b’pariri prattiċi mfassla għal sitwazzjonijiet differenti.
Oqgħod attent u taqax vittma ta’ frodi.
Ipproteġi d-dettalji personali tiegħek: qatt tixxerja passwords, informazzjoni bankarja, jew dettalji sensittivi permezz ta’ emails, telefonati, jew messaġġi.
Ivverifika l-kuntatti: iċċekkja dwar telefonati jew messaġġi mhux mistennija, speċjalment minn banek jew awtoritajiet, qabel ma taġixxi.
Oqgħod attent minn offerti foloz: evita negozjati li jwiegħdu flus, premjijiet, jew skontijiet b ’xejn li jidhru tajbin wisq biex ikunu veri.
Attiva two-factor authentication: Żid is-sigurtà biex iżżomm il-kontijiet tiegħek siguri mill-hackers.
Ibqa’ sikur meta tixtri online.
Ixtri b’mod sikur online: dejjem iċċekkja għal “https://” fl-indirizz tal-website biex tiżgura li huwa sigur qabel tixtri.
Evita l-Wi-Fi pubbliċi: iddaħħalx il-pagament jew id-dettalji personali meta mqabbda ma’ networks mhux siguri.
Ħallas bil-karti tal-kreditu: dawn joffru protezzjoni aħjar kontra l-frodi meta mqabbla mal-karti tad-debitu.
Iċċekkja d-dikjarazzjonijiet bankarji tiegħek: ara regolarment il-kontijiet tiegħek biex tinduna u tirrapporta kwalunkwe attività suspettuża.
Agħmel id-dar tiegħek sigura.
Għamel darek sikura: Installa kameras, allarm, u serraturi b ’saħħithom fuq bibien u twieqi, speċjalment fil-pjan terran.
Aġġorna s-serraturi tiegħek: Uża deadbolts u rrinforza ċ-ċaċċis tal-bibien.
Uża dawl b’timer: Meta tkun imsiefer, issettja timers għad-dawl jew ixgħed radju biex tagħmilha tidher qisha xi ħadd qiegħed id-dar.
Aġġusta l-ħasiri: Żommhom ftit miftuħin biex ma tħallix lil ħalliel jinħeba ħdejn il-bibien jew it-twieqi.
Ipproteġi ħwejġek.
Sakkar il-karozza tiegħek dejjem: dejjem kun żgur li l-bibien u t-twieqi jkunu magħluqa, anke jekk tkun qed titbiegħed għal ftit ħin.
Aħbi l-oġġetti ta’ valur tiegħek: Żomm il-basktijiet, oġġetti elettroniċi, u oġġetti oħra ma jidhrux biex tevita li tħajjar lill-ħallelin.
Ipparkja b’mod għaqli: Agħżel żoni mixgħula sew jew spots b’kameras CCTV għal iżjed sigurtà.
Żid apparati kontra s-serq: Uża għodod bħal allarm tal-karozzi, locks tal-isteering biex tiskoraġġixxi lill-kriminali.
Ipproteġi l-oġġetti ta’ valur tiegħek waqt li tkun barra.
Ġorr inqas flus kontanti: uża kards jew ħlas bil-mowbajl biex tnaqqas ir-riskju ta’ serq.
Żomm il-kartiers sikura: Żommha fil-but ta’ quddiem u mhux f’postijiet faċilment aċċessibbli.
Oqgħod attent fil-folol: il-pickpockets jimmiraw lejn żoni traffikużi bħat-trasport pubbliku, is-swieq, jew waqt avvenimenti.
Attent għad-distrazzjonijiet: ħafna drabi l-ħallelin jaħdmu fi grupp, billi jużaw tricks qisek qed titlob l-għajnuna filwaqt li ħaddieħor jeħodlok ħwejġek.
Kun sikur waqt li tkun qed tgħum.
Ħalli oġġetti ta’ valur id-dar: Ħu miegħek biss oġġetti essenzjali ħdejn il-baħar biex tnaqqas ir-riskji ta’ serq.
Uża lockers jekk disponibbli: Poġġi l-affarijiet tiegħek ġo lockers.
Uża baskett sempliċi: Evita basktijiet li jidhru li jiswew il-flus.
Ġorr pouch li ma jgħaddix ilma minnu: Użah biex tieħu miegħek il-mowbajl, il-flus u oġġetti żgħar ta’ valur miegħek fl-ilma.
Ipproteġi Qalbek u l-Kartiera.
Evita l-Frodi tar-Romantiċiżmu: kun kawt f’relazzjonijiet online-l-iscammers spiss jibnu fiduċja biex jimmanipulawk.
Tibgħatx flus lil stranġieri: il-frodisti jaf jgħidulek li għandhom emerġenzi biex jitolbu l-flus. Jekk xi ħadd li ma ltqajtx miegħu jitlobok il-flus, x’aktarx li huwa scam.
Iċċekkja min huma: Uża għodod bħal tiftix fuq ir-ritratti u ħu opinjoni mill-ħbieb jew il-familja.
Żomm l-informazzjoni tiegħek privata: qatt tixxerja d-dettalji tal-bank jew id-dokumenti personali man-nies online.
Irrapporta: Irrapporta għand lill-Pulizija jekk għandek suspett ta’ frodi.