Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku

(PR 23/25)

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu (0745hrs), fi Triq Anton Cassar, il-Marsa. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 21 sena residenti l-Fgura u karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi.

It-tieni inċident ġara għal xi t-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Taljan ta’ 30 sena li joqgħod Ħal Għaxaq, kien qiegħed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll u waqa’.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ xufiera tal-muturi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.