(PR 37/26)

Persuni jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku


Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku aktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Tercel misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Mosta u mutur Honda WW125 misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti ż-Żurrieq.

It-tieni inċident ġara għal xi t-tmienja ta’ filgħodu (0800hrs), fi Triq Wied iz-Ziju, Wied il-Għajn. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel mill-Bangladesh ta’ 36 sena u residenti Wied il-Għajn, tilef il-kontroll tal-mutur Vogue 300AC u waqa’.


Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ xufiera tal-muturi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.